Kompla l-ġuri ta’ Davide Bonanno, li huwa mixli li fl-1 ta’ Ottubru tal-2018, importa 25kg droga stmata li tiswa madwar €700,000. Illum kien imiss li jixhed Bonanno biex jagħti l-verżjoni tiegħu.
Fuq il-pedana tax-xhieda, Bonanno qal li ma kellux idea x’kien fiha l-merkanzija li waslet u saħaq li kien ixxukkjat meta l-Pulizija bdew joħorġu d-droga mill-kaxxi. Huwa ċaħad li l-karta li allegatament kienet fuqu kellha l-firma tiegħu.
Minkejja li żewġ Pulizija xehdu li dik il-firma kienet ta’ Bonanno, huwa baqa jiċħad li kienet tiegħu u ċaħad ukoll li kellu tgħarif fuq il-merkanzija li fiha nstabet id-droga.
Huwa qal li meta sar ir-rejd għamlulu pistola ma’ rasu u weġġgħuh, tant li kellu jmur l-isptar.
Meta ġie mistoqsi fuq Giovanni Musumeci, il-persuna li kellha tirċievi l-merkanzija li fiha kienet moħbija d-droga, Bonanno wieġeb li ma jafux.
Aqra Aktar: