Il-preżentatur tar-radju 101 David Thake qed jikkunsidra li jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Mal-gazzetta The Times of Malta, Thake qal li qed jikkunsidra serjament din il-pożizzjoni iżda se jħabbar id-deċiżjoni tiegħu meta l-perjodu tan-nominazzjonijiet jiftaħ – jiġifieri l-ġimgħa d-dieħla.
Jekk dan hu minnhu, l-għażla tat-tesserati Nazzjonalisti se tvarja minn l-avukat, magħruf fiċ- ċrieki tal-PN, Adrian Delia u d-Deputat Għawdxi Chris Said u d-DJ David Thake.