Id-deputat Nazzjonalista David Stellini ħabbar li se jirriżenja minn deputat Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Stellini ħabbar ir-riżenja tiegħu f’intervista li kellu mal-editur maniġerajli tal-Maltatoday Saviour Balzan.
Ir-riżenja tiegħu waslet jumejn biss wara li kkontesta mingħajr suċċess l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
F’kummenti mal-media Stellini qal li huwa informa lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia.
Madankollu, one.com.mt huwa infurmat li s’issa, Stellini għadu ma tefax ir-riżenja tiegħu fil-Parlament u mistenni jagħmel dan l-Erbgħa filgħodu.
Stellini huwa ukoll l-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista u mistenni jirriżenja wkoll minn din il-kariga.
Il-ġimgħa li għaddiet Stellini kkritika lill-ewroparlamemtari Roberta Metsola u David Casa talli fl-aħħar ħames snin fil-Parlament Ewropew ħadmu u vvotaw kontra Malta.
Stellini kien qal li jekk jiġi elett fil-Parlament Ewropew ma kienx se jivvota kontra Malta.