Il-midfielder ta’ Manchester City David Silva habbar li rrtira mit-tim nazzjonali spanjol. Il-plejer ta’ 32 sena ħabbar dan ilbieraħ tard filgħaxija fuq Twitter.
Silva kellu karriera mill-aqwa mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu fejn rebaħ il-Kampjonati Ewropej darbtejn fl-2008 u fl-2012 filwaqt li rebaħ it-tazza tad-dinja fl-2014. Hu lagħab 135 darba għal Spanja u skorja 35 gowl.
Silva sar it-tielet plejer li fl-aħħar ġimgħat irtira mit-tim nazzjonali Spanjol wara li għamlu l-istess Andreas Iniesta u Gerard Pique.