Unuri għall-atleta Malti David Micallef ta’ 49 sena fil-kompetizzjoni Double Ironman, hekk kif kiser ir-rekord nazzjonali.
L-atleta irnexxielu jispiċċa l-kompetizzjoni fil-Ġermanja, tat-triathlon – għawm, rota u ġiri – fi 23 siegħa u 49 minuta) u b’hekk spiċċa fir-raba’ post.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan ifisser li Micallef sar issa l-ewwel Malti li qatt spiċċa kompetizzjoni ta’ dan it-tip f’inqas minn 24 siegħa.
Din mhux l-ewwel darba li l-atleta ikkompeta barra minn Malta, hekk kif kien irrappreżenta lil pajjiżna wkoll fl-Ironman ta’ Dubai u ta’ Vitoria-Gasteiz fi Spanja.
Jakkumpanjaw lil Micallef kien hemm il-kowċ tal-għawm Matt Azzopardi u l-kowċ tat-triathlon Kevin Zammit.