Żewġ midalji tal-bronż mill-plejer malti tar-Raffa David Farrugia waqt il-Kampjonat tal-Ewropa li sar fl-Italja.
Fil-Precision Shooting, Farrugia wasal sas-semifinali iżda tilef kontra avversarju taljan biex spiċċa fit-tielet post.
Fl-Individwali, David Farrugia wasal ukoll sas-semifinali iżda tilef 10-3 kontra plejer mill-iSvizzera.
B’hekk Farrugia temm l- impenji tieghu f’dawn il kampjonati b’suċċess bir- rebħ ta żewġ midalji tal-bronż.
B’dawn ir- rizultati David Farrugia ikkwalifika awtomatikament għall-kampjonati tad-dinja li se jiġu organizzati f’Mersin it-Turkija f’ Ottubru li ġej.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/06/22141548/448502622_1198733024825223_6215635195088470569_n-576x1024.jpg)