Id-Direttur Tekniku fl-IFAB & Senior Course Leader fil-UEFA David Elleray fl-aħħar jiem reġa żar Malta fl-irwol tiegħu ta’ UEFA Referee Development Panel Officer responsabbli mill-Malta FA.
Elleray qed iżur regolarment pajjiżna biex mill-qrib isegwi l-progress u l-iżvilupp tal-uffiċjali tal-logħba Maltin, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet bejn is-Sibt u l-Ħadd huwa segwa s-seba’ logħbiet li ntlgħabu mill-Kampjonat BOV Premier.
It-Tnejn iltaqa’ mal-President tal-Malta FA President Bjorn Vassallo fejn faħħar il-livell tal-uffiċjali Maltin, anke għamel referenza għall-fatt li ż-żieda sinjifikanti ta’ appointments internazzjonali fl-aħħar xhur ma ġietx b’kumbinazzjoni.
Waqt li faħħar l-istandards tal-uffiċjali tal-logħba Maltin, Elleray tenna li kien impressjonat bil-kompetenza, livell fiżiku, kunfidenza u komunikazzjoni mal-players u uffiċjali minn dak li segwa fil-logħbiet tas-Sibt u l-Ħadd li għadda minn Match Day 9.
Innota ukoll id-determinazzjoni tagħhom li jkomplu jikbru fil-logħba u jitgħallmu mill-iżbalji ġenwini li minn żmien għal żmien ir-referees u l-Assistenti tagħhom jikkommettu.
David Elleray wiegħed li se jkompli jsegwi l-progress tal-uffiċjali tal-logħba Maltin u t-tama li jkompli jsaħħaħ ir-relazzjoni mad-Direttur tad-Dipartiment tar-Refereeing Alan Mario Sant u l-Kumitat tar-Referees, biex l-istandards tal-uffiċjali tal-logħba Maltin kemm domestikament u anke fil-fora’ internazzjonali, jkomplu jkunu elevati.