Il-Partit Laburista qal li l-membru tal-Parlament Ewropew David Casa ma jistax jittieħed bis-serjetà meta jitkellem dwar l-irwol u l-libertà tal-midja. Sal-bieraħ stess David Casa, permezz tal-avukat tiegħu Jason Azzopardi kien qed jipprova jgħafas ġurnalist biex fil-Qorti jikxef is-sors tiegħu. Xi ħaġa li f’demokrazija b’saħħitha bħal tagħna mhix aċċettata. Casa jrid jitkellem dwar il-ħarsien tal-whistleblowers fit-Turkija u fid-dinja kollha. Iżda, lil whistleblowers f’Malta li jitkellmu dwaru irid ikun jaf min huma biex ikun jista jpattihilom u jattakkahom. Casa mhux kredibbli għax jigdeb kontinwament. Iżda, mhux kredibbli wkoll għax jgħix bid-double standards.