L-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa sostna li hu se jkun kontra nomini tal-Gvern Malti għall-Kummissjoni Ewropea li ġejjin mill-kamp Laburista.
Wara li kien kontra Chris Fearne u l-Gvern għad irid jippreżenta nomina, Casa beda jsemmi ismijiet u qal li se jkun kontrihom għax huma Laburisti.
Casa: “Skużi se jkollhom problema kollha biex jgħaddu mit-test.”
Ġurnalist: “Jiġifieri kemm jekk ikun Ian Borg, Miriam Dalli, Alex Agius Saliba, ħa jkollhom problema. Meta tgħid ħa jkollhom problema.”
Casa diġà ħalef li se jagħmel gwerra qaddisa kontra l-Laburisti u pubblikament issa ddikjara li ma jiddispjaċihx li uża dak il-kliem, li ddeskrivih bħala pulit.
Ġurnalist: “Jiddispjaċik li użajt forsi kelma daqtstant iebsa?”
Casa: “Assolutament li le… gwerra qaddisa pulita.”
Casa reġa’ ddikjara wkoll li se juża s-saħħa li jkollu kontra Malta.
Casa: “Iva għandi tools fil-PE u se nużahom u se nużahom kollha.”
Ġurnalist: “Però int għidt mezzi li għadek ma użajtx.”
Casa: “Użgur hemm ħafna metodi imma mhux ħa ngħid naturalment x’se nagħmel.”