Fil-Parlament Ewropew, David Casa vvota favur riżoluzzjoni sabiex jintbagħtu aktar armamenti lejn Iżrael. Dan il-vot qed jitqies bħala wieħed li jkompli jgħin favur it-twettieq ta’ ġenoċidju fl-Istrixxa ta’ Gaza mill-Militar Iżraeljan, fejn s’issa nqatlu aktar minn tletin elf Palestinjan, fosthom nisa u tfal.
Fuq il-midja soċjali, il-Partit Xellugi fil-Parlament Ewropew ħareġ l-ismijiet kollha tal-Membri Parlamentari Ewropej li vvotaw favur li l-Unjoni Ewropea tforni aktar armamenti lil Iżrael.
Hawnhekk ħareġ l-unika Membru Parlamentari Ewropew Malti li vvota favur dan kien David Casa, li huwa viċin l-establishment Nazzjonalista. Roberta Metsola ma tkunx tista’ tipparteċipa f’votazzjonijiet bħal dawn minħabba l-pożizzjoni li tħaddan fil-Parlament Ewropew.
Fil-fatt, Metsola sostniet kemm-il darba l-pożizzjoni tagħha favur l-armamenti anke saħansitra Unjoni Ewropea aktar armata.
Ftit jiem wara l-attakk tas-sebgħa ta’ Ottubru li għadda mill-Hamas f’Iżrael, il-ħabiba ta’ Casa, Roberta Metsola u l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, laqqtu kritika ħarxa wara li minn jeddhom u bla approvazzjoni tal-istess istituzzjonijiet li jmexxu marru fil-Lvant Nofsani biex jagħtu l-barka lill-militar Iżraeljan.
Dan il-ġest kien ġie kkritikat bl-aħrax mill-komunità internazzjonali bħala l-approvazzjoni għal dak li spiċċa jseħħ ftit wara.
Dan il-vot ta’ David Casa favur l-armamenti għal Iżrael ikompli jikxef l-istrateġija tal-Partit Popolari Ewropew, li fih hemm imsieħeb il-Partit Nazzjonalista, dak li l-Ewropa trid issaħħaħ l-armamenti u tkun lesta għal li jinqala’.