L-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa, li qed jerġa’ jpoġġi ismu għall-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li ġejja tat-8 ta’ Ġunju, tenna li se juża l-għodda tiegħu fi Brussell.
F’intervista mal-Malta Independent, Casa ta x’jifhem li se jibqa’ jaħdem kontra Malta.
“Iva jiena lest li nuża t-tools kollha fi Brussell.”
David Casa – MEP Nazzjonalista
Casa, li Bernard Grech iġġustifikah li se jagħmel gwerra qaddisa kontra l-Laburisti, kompla bl-istess narrattiva f’intervista li fiha beda jattakka lil kull min jiġi f’ilsienu.
“Jien li nassigurak hu dan, li jekk ħa niġi elett jien, żgur se nagħmel ħilti kollha fil-Parlament Ewropew biex inkompli din il-battalja.”
David Casa – MEP Nazzjonalista
Casa sostna wkoll li għandu nies tiegħu fil-Parlament Ewropew.
“Jien għandi nies fil-Parlament Ewropew.”
David Casa – MEP Nazzjonalista
F’intervista sħiħa nfexx f’attakki u jgħid li jtajjar lil dak u lill-ieħor li ma jaqbilx miegħu.
“Intajjar il-Kummissarju tal-Pulizija, l-ewwel wieħed.”
David Casa – MEP Nazzjonalista
Fl-istess intervista kompla bis-soltu narrattiva tal-Partit ta’ Bernard Grech. Li tiegħu kollu tajjeb u ta’ ħaddieħor kollu ħażin.
“Aħna l-istituzzjonijiet fi żmienna, ejja ngħidu l-verità, kienu jaħdmu.”
David Casa – MEP Nazzjonalista
F’mumenti semma li ma jeżistix l-establishment u fakkar kif il-Partit Nazzjonalista, l-għaqda Repubblika, hu u Simon Busuttil qed jaħdmu flimkien.
“Aħna l-Partit Nazzjonalista, Repubblika, jien u Simon.”
David Casa – MEP Nazzjonalista