Il-każ dwar il-mod kif impjega nies fil-familja tiegħu bi flus pubbliċi fl-uffiċċju tiegħu tal-Parlament Ewropew jikkonferma li David Casa huwa politiku diżonest u fuq kollox ipokrita għal iktar minn raġuni waħda.Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota li filwaqt li tkellem tant kontra l-proċedra tal-ISLAPP fil-Parlament Ewropew u tkellem b’tant “passjoni” favur il-ħidma tal-ġurnalisti, u anke ltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea biex jiddiskuti l-ħtieġa li jiġu ndirizzati miżuri kontra theddidiet emerġenti fil-ġurnaliżmu nvestigattiv, issa, għax kien hemm storja li m’għoġbitux spiċċa jhedded lill-ġurnalisti b’libell jekk jirrapportaw il-fatti li ma kienx komdu bihom.
Issa għax bħala politiku qiegħed jiġi taħt skrutinju hu, daqshekk iddefenda d-dritt tal-espressjoni tal-kelma u hedded li “jieħu l-azzjonijiet kollha li tippermettilu l-liġi” jekk tiġi ppubblikata l-istorja. Każ ċar ta’ tentattiv ta’ chilling effect fuq ġurnalist.
David Casa jaħseb li hemm standards pubbliċi li jgħoddu għal ħaddieħor – anke fi stejjer ippruvati bħala gideb bħal fil-każ ta’ Egrant. Imma mbagħad meta jkun hemm provi dwaru jaħseb li dawn l-istandards ma jgħoddux għalih.
Il-Partit Laburista fakkar li Casa, mhux biss f’dan il-każ, għandu ħafna x’iwieġeb.