Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron ma tantx hu kuntent b’Malta bħalissa. Dan għax wara li pajjiżu ilu erba’ snin jiġi l-ewwel f’dik li hi lista ta’ drittijiet għall-persuni LGBTIQ ippubblikata minn ILGA Europe, din is-sena r-Renju Unit waqa’ fit-tielet post. U post ir-Renju Unit ħaditu proprju Malta. F’taħdita fl-uffiċċju tiegħu, magħruf aħjar bħala No 10, Cameron qal: “Irrid dak l-ewwel post mill-ġdid.”
Saħansitra issa għamel il-mira ambizzjuża li jbiddel id-dinja bil-kampanja li jrid jagħmel favur id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ.
Fl-aħħar snin Cameron kien ikkwotat jgħid: “Flimkien għandna nkunu kburin li ngħixu f’pajjiż li huwa ġġudikat bħala l-aħjar fl-Ewropa f’dawk li huma drittijiet.”
Peró din is-sena dik id-dikjarazzjoni tista’ ssir mill-Prim Ministru ta’ Malta.
On LGBT rts “Malta has overtaken us! I don’t know quite what happened – I’ve got to get out to MT & find out”@David_Cameron
Most welcome:-)— Helena Dalli (@helenadalli) May 19, 2016