Suella Braverman tneħħiet mill-irwol ta’ Segretarju għall-Intern, wara li sfidat lill-Gvern Ingliż fuq artiklu li akkuża lill-Pulizija bi preġudizzju waqt protesti.
Fil-fatt, Braverman ġiet akkużata li instigat it-tensjoni fl-artiklu, ftit qabel protesti f’Londra tul it-tmiem il-ġimgħa li għadda.
Postha se jieħdu James Cleverly, b’riżultat li ta’ bla ħsieb, l-eks Prim Ministru Ingliż David Cameron se jmur floku bħala Segretarju għall-Affarijiet Barranin.
Cameron ilu barra mill-Parlament minn meta waqaf mill-irwol ta’ Prim Ministru fl-elfejn u sittax, u issa ngħata siġġu fil-House of Lords biex ikun jista’ jieħu postu f’dan l-irwol.