Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista. Dan żvelah ma’ ġurnal lokali u kif ukoll permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali Facebook.
Hu sostna li ħa din id-deċiżjoni fuq il-fatt li ġie elett minn żewġ distretti waqt l-elezzjoni ġenerali u għalekk se jkompli jgħin lill-Partit Nazzjonalista.
Propju aktar kmieni din il-ġimgħa kienu ż-żewġ membri Parlamentari Nazzjonalista, Robert Arrigo u Kristy Debono, li wrew l-interess tagħhom ukoll għal din il-kariga.
Wara li l-gazzetta Kullħadd żvelat li Adrian Delia kellu ftehim ma’ Jean Pierre Debono biex dan tal-aħħar iċedi s-siġġu Parlamentari jekk jitla’ Adrian Delia bħala mexxej tal-Oppożizzjoni, bi ftehim li jekk Delia jirbaħ, Kristy Debono, mart Jean-Pierre Debono, issir Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari, fl-aħħar jiem daqq l-irtirata.
L-imkejjen tagħna fid-Dar Ċentrali, spjegaw kif aħbar bħal dik kienet tkun miċħuda mill-ewwel li kieku ma kinitx minnha, u mhux ħamest ijiem wara. Dan ifisser li issa Delia għandu sfida ġdida, dik li jrid isib lil xi ħadd ieħor li hu lest iċedilu s-siġġu.
Il-kariga ta’ Viċi Kap, sa issa, qed jikkupaha Mario de Marco.