Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista David Agius, mar fuq l-istazzjon nazzjonali biex jitkellem dwar il-liġi għall-użu responsabbli tal-kannabis.
Iżda, fil-programm, irriżulta li Agius lanqas x’fiha l-liġi ma kien jaf. Fil-programm staqsa numru ta’ domandi, li r-risposti għalihom diġà qegħdin fil-liġi, kif uriet mill-ewwel is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg.
“Jien għandi mistoqsijiet: fejn se jkunu? Viċin skejjel, mhux viċin skejjel?”
Din se tkun xi ħaġa pubblika jew xi ħaġa li ma tkunx pubblika?
David Agius
“Il-liġi stess tgħid li dawn iridu jkunu 250 metru bogħod minn kull skola, ċentru – ippermettili ħa nirrispondi – fejn jiffrekwentaw żgħażagħ jew ikun hemm skejjel. Jekk hux se jkunu pubbliċi. Kull persuna hi membru f’assoċjazzjoni waħda biss. Mhux qisek mort għand tal-grocer. Dawn huma postijiet magħluqin fejn jistgħu jkunu frekwentati minn membri biss.”
Rebecca Buttigieg
Intant, fil-programm ġie mmarkat kif ir-riforma fil-liġijiet hija maħsuba biex min jikkonsma l-kannabis għall-użu personali ma jibqax jiġi stmat ta’ kriminal u jidħol f’ċirku vizzjuż.
“Waħda mill-prinċipji ewlenin ta’ din ir-riforma kienet li dawk il-persuni li inġustament kienu qed jiġu persegwitati, kienu għaddejjin bit-tikketta għal għomorhom. Kull min kien kellu l-kondotta, jista’ jkollu kondotta mħassra għax aħna gvern li nemmnu fit-tieni ċans.”
Rebecca Buttigieg
Fil-pajjiż jeżisti tribunal b’Kummissarju għall-Ġustizzja biex każijiet marbuta mad-droga jidhru quddiemu; anke każijiet li jirriżultaw minn din il-liġi.
David Agius lanqas dan ma kien jaf, tmien snin wara li dan it-tribunal daħal fis-seħħ. U wara li għamel dawn l-iżbalji fattwali kollha, David Agius qal li hu jaf l-iktar.
“U mela allura toqgħodx issemmili, għax naf ħafna iktar minnek. M’għandekx argumenti biex tiddibatti.”
David Agius
Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg fakkret kif fil-programm David Agius reġa’ wera kif il-Partit Nazzjonalista ma jafx fejn hu qiegħed dwar din il-kwistjoni, b’deputati differenti jibqgħu jagħtu verżjonijiet differenti.
“Qed tikkontradixxi daqxejn lill-kollegi tiegħek.“
Rebecca Buttigieg
“Jien hawn mhux il-kollegi tiegħi.“
David Agius
“Imma qed tirrappreżenta lill-PN.“
Rebecca Buttigieg
“Meta jkun hawn il-kollegi tiegħi… jien hawn.”
David Agius