Fil-ħin tal-mistoqsijiet fis-seduta parlamentari tal-lejla, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna tkellem dwar kif pajjiżna għandu ekonomija reżiljenti li tiflaħ għall-impatt ekonomiku li qed jolqot lid-dinja kollha kawża tal-imxija tal-coronavirus.
Spjega li r-rabta bejn budget ta’ emerġenza u dak li tħabbar lura f’Ottubru huwa l-fiduċja li l-poplu għandu f’dan il-Gvern u l-budgets li dejjem ippreżenta.
Iżda għal din it-tweġiba, il-Viċi Kap Nazzjonali David Agius beda jinterrompi u ġie mċanfar mill-Ispeaker tal-Parlament.
L-Ispeaker qal: “Onorevoli David Agius ħa tibqa’ sejjer b’din il-kantaliena? Jekk jogħġbok ieqaf, ieqaf. Il-Ministru jirrispondi, il-Ministru jirrispondi d-domanda. Kompli Ministru. Mela qatt kienet li Ministru nżommuh milli jirrispondi.”