Il-Kap tal-Boeing, Dave Calhoun, se jkun qiegħed iħalli l-kariga tiegħu fi tmiem din is-sena. Dan fl-istess waqt li din il-kumpanija ġganteska tal-ajruplani qed tiffaċċja kriżi fir-rigward tas-sigurtà li toffri.
Il-kumpanija spjegat li l-kap tad-diviżjoni tal-linji tal-ajru kummerċjali se jkunu qiegħed jirtira immedjatament, filwaqt li ċ-ċermen tagħha mhux se jkun qiegħed jerġa’ joħroġ għall-kariga.
Din il-kumpanija li timmanifattura l-ajruplani, tinsab taħt pressjoni kbira wara li f’Jannar li għadda ajruplan infetħitlu bieba waqt it-titjira.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.