Festivals Malta flimkien mal-bord ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija permezz tal-midja soċjali avżaw li l-festival din is-sena ser jittella’ fis-17,18 u 19 ta’ Marzu flok id-dati mħabbra qabel, peress li kif kienet is-serata ta l-finali kienet ser tkun mal-elezzjoni ġenerali. Dan ifisser li dan il-festival li ġibed lejh udjenzi kbar fl-ewwel edizzjoni tiegħu s-sena l-oħra, xorta waħda ser jitgawda matul ix-xahar ta’ Marzu.
Aktar informazzjoni fil-jiem li ġejjin.
