Il-foresta tal-Amażon fil-Brażil kellha rekord ta’ nirien din is-sena – dan skont data ġdida mill-aġenzija tar-riċerka tal-ispazju.
L-Istitut Nazzjonali tar-Riċerka Spazjali qalet kif data miġbura mis-satelliti juru żieda ta’ 83% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
Din l-aħbar ħarġet ġimgħat wara li l-President Jair Bolsonaro keċċa lill-Kap tal-aġenzija wara battibekki b’rabta ma’ data ta’ deforestazzjoni.
Ritratt: Reuters