Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet saret il-lejla ta’ preżentazzjoni organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts fejn bosta timijiet u plejers ġew ippremjati hekk kif intemm l-istaġun 2021/22.
Mill-kampjonat 8-a-side, Qormi Hockey Club A rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni filwaqt li Qormi Hockey Club B kisbu suċċess fit-tieni diviżjoni. Banda Birżebbuġa 1990 rebħu l-kampjonat ta-tielet diviżjoni.
Fil-kampjonat 5-a-side, ir-rebbieħa kienu Floriana Ajax MCP A b’Ħamrun Education jispiċċaw runners-up.
Fil-Malta Premier League of Darts kien John Agius li rebaħ sabiex żied trofew ieħor wara li aktar qabel rebaħ is-Super Cup. Anke Althea Ciantar kellha l-istess suċċess doppju fil-kategorija tan-nisa.
Din tal-aħħar kisbet ukoll suċċess fil-Ladies Doubles wara li rebħet il-kompetizzjoni flimkien ma’ Amy Abela. Min-naħa l-oħra Albert u Enrico Scerri rebħu d-doubles tal-irġiel.
Fl-unuri individwali, Norbert Attard rebaħ il-plejer tas-sena tal-Ewwel Diviżjoni b’Adrian Brydon jieħu dak tat-tieni diviżjoni. Martin Cutajar kien magħżul bħala l-plejer tas-sena tat-tielet diviżjoni.
Finalment Albert Scerri rebaħ il-plejer tas-sena overall b’Althea Ciantar li ttemm serata ta’ suċċess hekk kif ġiet ivvutata bħala l-plejer tas-sena femminili overall.