It-Tnejn filgħaxija Floriana FC ħabbru li Darren Abdilla bħala l-kowċ il-ġdid tat-tim.
Abdilla se jkun qed jieħu post Mauro German Camoranesi li spiċċa mill-kariga ftit tal-ġranet ilu wara qbil mat-tmexxija tal-klabb Furjaniż.
Min naħa l-oħra Darren Abdilla kien liberu wara li aktar kmieni din is-sena kien ir-riżenja minn kowċ tat-tim ta’ Gzira United.
L-ewwel impenn uffiċjali ta’ Darren Abdilla fit-tmun tat-tim se jkun f’Lulju meta Floriana FC jipparteċipaw fil-UEFA Ewropa Conference League.