Applawż qawwi u standing ovation għal David Cameron mill-Konservattivi Ingliżi wara li wieġeb l-aħħar sensiela ta’ mistoqsijiet fil-Parlament bħala Prim Ministru. Issa jmissu jmur il-palazz Buckingham sabiex jagħti r-riżenja tiegħu lir-Reġina. Huwa rrapportat jgħid lill-membri parlamentari li se jħoss in-nuqqas tal-appoġġ tal-folla.
Huwa semma l-kisbiet tiegħu u qal li kien hemm ħafna mumenti sbieħ ħafna f’dawn is-sitt snin li fihom serva.
Theresa May, s’issa responsabbli mill-affarijiet interni, qed tħejji biex tieħu post Cameron. Hija mistennija tagħżel il-membri li se jkunu qed jaħdmu magħha fi żmien qasir. Cameron qal li bi ħsiebu jibqa’ fil-ħajja pubblika. Fost l-aħħar kliem li tenna, kienu dawk li darba qal lil Tony Blair: “I was the future once”.
B’ton ċajtier qal li kien mistoqsi 5,500 u se jħalli f’idejn ħaddieħor jiddeċiedu kemm minnhom wieġeb.
![Cameron waves](http://ichef-1.bbci.co.uk/news/624/cpsprodpb/12211/production/_90375247_cameronwave.jpg)
![Theresa May](http://ichef-1.bbci.co.uk/news/624/cpsprodpb/F6DC/production/_90369136_ed5906f1-a5a8-4ef5-8f43-a204cee0173b.jpg)