Żagħżugħ Franċiz ta’ 21 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-qorti akkużat bi vjolenza fuq Pulizija.
Fil-Qorti l-Ispettur Joseph Xerri spjega kif għal ħabta tas-6:00 tal-Erbgħa filgħodu l-Pulizija li kienu għaddejjin fuq ir-ronda lemħu Franċiz jagħmel il-bżonnijiet tiegħu fit-triq.
Meta marru javviċinawh il-Pulizija dan ħarab jiġri, bl-uffiċjali jkunu kostretti jiġru warajh.
Malli qabduh, iż-żagħżugħ irreżista l-arrest u kisser subgħajn uffiċjal tal-Pulizija.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud sostniet li l-membri tal-Korp tal-Pulziija għandhom imorru lura qawwijin u sħaħ lejn djarhom.
Filwaqt li għandu jintwerra risspett lejn dawn l-uffiċjali.
Għall-akkużat dehret l-Avukata Raissa Colombo.