Dar inħakmet minn nirien fi Triq l-Għarriqin fil-limiti tal-Imdina.
It-talba għall-għajnuna daħlet għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ filgħodu.
Fuq il-post bdiet mill-ewwel operazzjoni tat-tifi tan-nar minn pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Assistew ukoll tim mediku f’ambulanza minħabba rapporti ta’ persuni li setgħu belgħu xi dħaħen u Pulizija tar-Rapid Intervention Unit.
Intant, bint il-persuna li d-dar tagħha nħakmet min-nirien irringrazzjat lit-tim mediku, lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija li kienu minnufih fuq il-post.