Membri mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili issejħu biex jikkontrolaw nirien irrapportati f’dar fi Triq EB Vella fil-Mosta.
One News jinsab infurmat li fid-dar kien hemm żewġ persuni u żewġt klieb. Jirriżulta li qabditilhom purtiera, iżda n-nirien laħqu intfew mal-wasla tal-Pulijza.
Is-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll.