Infetħet dar oħra residenzjali għal persuni b’diżabilità, din id-darba fil-Fgura, bħala parti mill-proġett soċjetà ġusta. Dan b’investiment ta’ €400,000 fis-sena, b’din tkun il-11-il dar li nfetħet.
Dar Merħba saret b’kollaborazzjoni bejn il-Gvern u Fondazzjoni Wens fejn il-fondazzjoni se tmexxi l-operat tad-dar, li ukoll tmexxi dar residenzjali oħra fil-Kalkara.
Id-dar tista’ tilqa’ fiha sittax-il persuna bil-binja fiha żewġ appartamenti. Appartament għal tmien irġiel u l-ieħor għal 8 nisa, bid-dar diġà qed tilqa’ fiha 14-il resident.
Il-dar ma fihiex biss kmamar għar-residenti u faċilitajiet tat-terapija iżda hemm ukoll pixxina terapewtika, b’ħafna mix-xogħlijiet fid-dar saru mill-Gvern.
Id-dar ġiet inawgurata mis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis u l-Ministru Ian Borg.