B’investiment ta’ sitt mitt elf ewro, infetħet Dar l-Abilità fil-Kalkara.
Din hija l-ħames dar li nfetħet bħala parti mill-proġett Socjetà Ġusta. Dan ifisser li l-Gvern jinsab on track fil-wegħda eletorrali li jinfetħu għaxart’idjar għall-persuni b’diżabiltà.
Din id-dar ser tkun qed tilqa’ fiha sitt residenti ta ‘l fuq minn 42 sena. Bħalissa hemm hames persuni residenti fid-dar li tul dawn l-aħħar tliet ġimgħat bdew jintegraw flimkien.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fissret kif dan il-proġett ta’ dar fil-Kalkara sar b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li għen f’xogħol ta madum, installazjoni ta’ liftijiet u tindif.
Qalet li kif jixhed isem id-dar, l-għan ta’ dawn id-djar huwa li persuni b’diżabiltà mhux biss jingħataw saqaf fuq rashom imma anke kwalità ta’ ħajja aħjar.