Id-dar privata tal-ex Prim Ministru Dom Mintoff u Dar il-Kejka li tinsab eżatt maġenba, ingħataw l-għola livell ta’ protezzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Iż-żewġ binjiet għandhom valur arkitettoniku u storiku; kemm minħabba l-personalità storika tal-Perit Mintoff u min-naħa l-oħra Dar il-Kejka kellha ssir kunvent tal-Kappuċċini. Din il-binja llum tintuża mill-Kunsill Lokali bħala ċentru kulturali u mill-Grupp tal-Iscouts ta’ Ħal Tarxien bħala s-sede uffiċjali tiegħu.
Ir-residenza tal-Perit Mintoff kienet ukoll tilqa’ fiha bosta dinjitarji barranin. Sal-aħħar ta’ ħajtu, Dom Mintoff kien jgħix fiha.