F’għeluq l-40 anniversarju, ta’ Dar il-Meditteran għaddej xogħol ta’ rinovar fuq l-MCC.
Fuq il-bejt tal-MCC tneħħa kull apparat teknoloġiku bħal ‘air condition’ li kien imur lura għal 30 sena u minħabba l-istorbju kien ta’ detriment għar-residenti.
Issa, fuq il-bejt tpoġġa apparat ġdid li se mhux se jagħmel storbju, effiċjenti u huwa aktar modern.
Fuq il-bejt għadu għaddej xogħol, hekk kif aktar tard din is-sena fl-MCC se jkun hemm mużew virtwali. Bil-qofol ta’ dan il-mużew jintlaħaq taħt l-art.
Il-bejt se jservi ukoll ta’ ‘out door venue’ li jilqa fih mat-800 persuna. Dan se jiftah f’Mejju illi ġej.
F’kamra isfel fl-MCC, magħrufa bħala ‘tank room’ ghax kienet tintuża biex tagħti l-ilma liċ-ċentru, qiegħda tiġi rrestawrata u l-pubbliku se jkun jista’ jidħol fiha.
Il-Ministru Konrad Mizzi ħabbar ukoll li għaddejjin studji sabiex isir xogħol ta’ rinovar fuq it-teatru.
Il-Minstru Mizzi qal li bħalissa għaddej studju fejn jista’ jkollna sala oħra kbira f’pajjiżna. Minħabba li ġew irrifjutati 3 avveniment li riedu spazju ta’ 8,000 ruħ.
Il-Ministru Mizzi qal ukoll li f’Dar il-Meditteran f’Novembru u Diċembru li ġej se jkollna ‘world class theatre performance’ li se jkun ibbażati f Malta għal sitt ġimgħat.