Il-kumpanija StarGate Studios li toffri bosta servizzi fl-industrija tal-films f’pajjiżna fosthom bdiet topera minn faċilitajiet ġodda fil-Mosta Technopark.
Il-kumpanija li bdiet topera f’Los Angeles u Bejing tletin sena ilu, bdiet l-attività tagħha f’Malta madwar sitt snin ilu u llum għandha msieħba madwar id-dinja.
Il-kumpanija tħaddem tletin impjegat f’pajjizna u toffri servizzi ta’ effetti viżwali, servizzi ta’ produzzjoni lill-industrija tal-films u tat-televiżjoni madwar id-dinja.
Fl-aħħar snin ħadmu fost oħrajn fuq is-sensiela televiziva popolari Taljan ‘Medici’ u fuq it-tieni staġun tas-sensiela Spanjola il Principe li xxandret fuq Canale 5. Fil-fatt il-proċess ta’ wara tal-filma sar f’Malta bis-sehem ta’ din il-kumpanija li ppjanat u ħadmet fuq ix-xeni bl-effetti meħtieġa.
Fi żjara li l-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona u l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia, għamlu fil-faċilitajiet il-ġodda tal-kumpanija, setgħu jaraw il-faċilitajiet ġodda li investiet fihom fil-Mosta Technopark.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Stargate Studios f’Malta Matthew Pullicino kellu kliem ta’ ringrazzjament għall-gvern u għall-għajnuna li ngħataw biex setgħu jagħmlu dan l-investiment.
Il-kumpanija se kollha bżonn aktar ħaddiema jaħdmu magħha u għaldaqstant, il-ħsieb huwa li tiftaħ akkademja biex ikun hemm aktar ħaddiema kkwalifikati.
Hemm bzonn nagħtu training iktar maltin aħna li diġa tgħallimna lest li noffri tagħlim u nagħmlu akkademja.
Il-Ministru Chris Cardona faħħar ix-xogħol li twettaq din il-kumpanija u sosnta li l-Gvern ħadem fuq strateġija biex fost oħrajn, l-użu limitat ta’ art f’pajjiżna jintuża minn entitajiet kummerċjali li jippromwovu d-diversifikazzjoni teknoloġika u bil-għan li jtejbu l-ambjent kompetittiv ta’ pajjiżna/