Il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali issa iffirmat kuntratt għal dar oħra li tesa’ total ta’ seba’ familji, bħala xelter għal dawk kollha li jsofru minn xi tip ta’ vjoleza domestika.
Dan intqal f’konferenza għall-aħbarijiet quddiem l-avveniment From Victims to Activists li se tkun qed issir fis-26 ta’ Novembru bħala parti mis-16-il ġurnata attiviżmu kontra l-vjolenza abbażi ta’ ġeneru.
One News tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Alfred Grixti fejn tenna li fl-aħħar 5 snin f’Malta kellhom jidħlu fi djar ta’ dan it-tip, fosthom Dar il-Għabex, madwar 1,600 persuna.
B’hekk inħasset il-ħtieġa għal dar oħra.
“L-idea hija li kemm jista’ jkun noffru ambjent ta’ familja, ambjent ta’ normalitá, lil dawn il-vittmi li kienu għaddejin minn din it-trawma.”
Dan mhux kollox hekk kif bl-introduzzjoni tal-liġi l-ġdida dwar il-vjolenza domestika, sakemm tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma dawn ikollhom protezzjoni temporanja fl-għassa tal-Pulizija.
Madankollu issa ser tidħol fis-seħħ bidla li ser tagħti l-opportunità lil dawn il-vittmi li jistennew f’ambjent inqas pubbliku sakemm tinħareġ l-Ordni ta’ protezzjoni mill-Maġistrat.
“Iddeċidejna li niprovdu post ieħor, mhux xelter imma safe place, fejn la darba li saret ir-risk assesment nieħdu l-vittma hemmek, nibqgħu nassituha, sakemm imbagħad toħroġ protection order u jittieħdu d-deċiżjonijiet l-oħra.”
Intant, Natasha Toffa, attivista Awstraljana kontra l-vjolenza domestika,i rrankuntat fil-qasir minn xiex għaddiet hi meta kienet vittma tal-vjolenza domestika, u spjegat kif issa dawwret din l-esperjenza f’attiviżmu pożittiv:
“I’m an 8 year survivor of domestic violence, and I’m here to share my story to help give strength and courage to the women of Malta that are current victims and also survivors of domestic abuse.”