Ftehim bejn il-Ministeru ta’ Għawdex u l-Patrijiet Franġiskani wassal sabiex Villa Lauri f’Birkirkara, tinbidel f’dar għall-istudenti Għawdxin li jkunu qegħdin jistudjaw Malta u qraba ta’ pazjenti li jkunu qegħdin jingħataw l-kura f’Malta.
Dan huwa l-ewwel proġett tat-tip tiegħu għall-Għawdxin f’Malta. Id-dar se tkun qed tilqa’ fiha 33 persuna.
Il-Ministru Justyne Caruana qalet li kif imħabbar fil-Budget, studenti Għawdxin u qraba ta’ pazjenti se jkollhom fejn jgħixu waqt li jkunu qed jingħataw il-kura f’Malta.
Ix-xogħol fuq id-dar mistenni jibda f’April. Bid-dar mistennija tiftaħ il-bibien tagħha fil-bidu tas-sena d-dieħla.