“Daqt tibda tintuża dik li ser tkun l-aqwa faċilità sportiva f’pajjiżna”
Kliem il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri dwar il-proġett sportiv, massiċċ u multi-miljunarju fil-qalba tar-Rabat Għawdex u li wasal lejn l-aħħar fażijiet tiegħu.
Dan iċ-ċentru sportiv se jkun l-uniku tax-xorta tiegħu u fiż-żmien li ġej se jkun qiegħed jattira lejh turiżmu sportiv u ta’ kwalità u se jwassal ukoll għal aktar tkabbir ekonomiku fil-gżira.
Dan hu wieħed mill-akbar proġetti infrastrutturali u l-akbar investiment li qatt twettqu f’għexieren ta’ snin u hu mifrux fuq aktar minn 5,000 metru kwadru ta’ art fil-qalba tal-gżira Għawdxija.
Meta jitlesta, iċ-Ċentru Akkwatiku u Sportiv se jkollu l-għan li joffri faċilitajiet tal-ogħla livell lid-dilettanti sportivi Għawdxin, inkluż permezz ta’ pixxina ta’ daqs Olimpiku.