Jinsab fi stadu avvanzat ħafna x-xogħol fuq ċentru ta’ distribuzzjoni ieħor tal-Enemalta.
Dak fl-Imrieħel huwa wieħed minn sensiela ta’ ċentri ġodda li saru jew qed isiru biex pajjiżna ikun imħejji aħjar għaż-żieda fid-domanda għall-elettriku.
Xogħol li kellu jsir riżultat tal-fatt li t-tkabbir ekonomiku, iktar kumditajiet fi djarna u popolazzjoni li tikber permezz ta’ żieda fit-turisti qed iwasslu għal talba ikbar fil-provvistà tal-elettriku.
Iż-żona industrijali tal-Imrieħel mhix eċċezzjoni għall-bidla li għaddejja f’pajjiżna u għalhekk iċ-ċentru l-ġdid se jiswa mitqlu deheb għal iżvilupp li qed isir fil-madwar.
Se jgawdu wkoll ir-residenti li se jesperjenzaw inqas interuzzjonijiet minħabba l-istabbiltà li ċentri ġodda joffru għall-provvista tal-elettriku u meta tinqala diffikultà r-rispons ikun immedjat.
L-inġinier Alistair Camilleri fisser kif iċ-ċentru fl-Imrieħel hu armat biex jilqa’ elettriku li jasal b’saħħa kbira minn ċentri ikbar biex imbgħad jintbgħad lejn ir-residenzi, fabbriki u postijiet industrijali.