Bħala parti minn strateġija li twassal messaġġ b’saħħtu favur stil ta’ ħajjia iżjed b’saħħitha, fl-Isptar Mater Dei mhux se jkun permessibli aktar ikel mhux nutrittiv u xorb biz-zokkor.
Din l-ordni ħarġet fil-jum tal-Ħamis mill-Isptar Mater Dei, fejn mhux se jiqba’ jiġi offrut ikel mhux sustanzjuz għall-pazjenti, ħaddiema u vizitaturi.
Bil-mira tkun li sa l-ewwel ta’ ġunju tas-sena d-dieħla ma jiddaħħlux aktar prodotti biz-zokkor u mhux nutrittivi.
Għaldaqstant, ikel bħal pastizzi, qassatat, ikel proċessat, doughnuts, ħelu u ċikkulati mhux se jibqgħu permessibbli li jinbiegħu fl-isptar Mater Dei.
Fost l-ikel permessibli hemm:
– ħobz fosthom ħobz Malti, pizza, għaġin li jridu jkunu wholegrain.
– Insalati u dips nutrittivi
– Sopop
– Tiġieġ, dundjan u ħut mixwi jew il-forn
– Patata mgħollija jew il-forn
– Torti b’mili sustanzjuż
– Ġewż
– Frott
– Frott niexef
Filwaqt li x-xorb permessibli hemm: ilma, ilma bil-gass, ħalib jew ħalib xkumat, tè u kafè
Biex isir din il-bidla, fil-jiem li ġejjien se joħorġu t-tenders għal ħwienet fl-isptar Mater Dei fosthom canteens tal-ħaddiema, tal-pubbliku u bosta magni f’diversi swali fl-isptar.
L-Operaturi l-ġodda li se jitfgħu l-offerta tagħhom biex joperaw dawn l-istabbiliment jridu joffru ikel nutrittiv.
Il-Kap Eżekuttiv tal-isptar Mater Dei Ivan Falzon spjega x’wassal biex titieħed din id-deċizzjoni flimkien mad-direttorat tal-promozzjoni tas-saħħa.
Tul din is-sena fl-Isptar Mater Dei se jsiru t-tħejjijiet biex jinqata’ z-zokkor u ikel bħal pastizzi, burgers u pasti.
Madankollu, fil-ġimgħat li ġejjien diġa se jibdew jittieħdu xi miżuri alternattivi fosthom li fis-swali ma jibqax jiġi offrut zokkor lill-pazjenti.