Id-ditta Franċiża spjegat li mhux se tibqa’ taħdem b’suf tal-annimali u ġlud, fost oħrajn tas-sriep, għall-kollezzjonijiet tagħha. Xi ħaġa li mistennija tkun ta’ dannu għall-bejgħ tad-ditta, hekk kif ħafna xerrejja jfittxu l-awtentiċità tal-prodott.
Iżda jidher li din il-mossa qed tkun apprezzata ferm mill-industrija tal-moda, tant, li l-Ġimgħa ddedikata għall-moda f’Londra wkoll ipprojbixxiet ħwejjeġ u aċċessorji magħmula minn suf jew ġlud tal-annimali.