Il-linja tal-ajru Ryanair mhux se tkun qed toffri aktar titjiriet bi prezzijiet irħas ħafna.
Dan ikkonfermah il-Kap Eżekuttiv tar-Ryanair Michael O’Leary, fejn qal li dan kawża taż-żieda fil-prezz tal-fjuwil.
F’intervista, O’Leary qal li l-era ta’ tickets b’€10 għalissa se tintemm, u l-orħos prezzijiet se jkunu ta’ bejn €40 u €50 għall-ħames snin li ġejjin.
Mal-BBC tenna jgħid, li minkejja dan u fatturi oħra, in-nies xorta se jibqgħu jsiefru b’mod frekwenti.