Mil-lum Malta se tkun is-sitt pajjiż fl-Unjoni Ewropea li se ddaħal liġi li tipprojbixxi t-tipjip fil-karozza fil-preżenza tat-tfal. It-tfal ikollhom l-organi tagħhom żgħar, bħal pulmun, u għalhekk it-tipjip passiv jagħmel aktar ħsara. F’postijiet żgħar magħluqa bħalma hi karozza, il-ħsara mit-tipjip passiv hija agħar.
L-avviż legali li se jipprojbixxi t-tipjip fil-karozza bit-tfal tressaq f’Novembru, filwaqt li l-liġi se tkun infurzata mil-lum. Min jinqabad ipejjep f’karozza mat-tfal jeħel multa ta’ €50. F’pajjiżna 20% tal-adulti jpejpu, filwaqt li t-tipjip huwa attribut għal 13% tal-imwiet f’pajjiżna.