Għall-ewwel darba f’ pajjiżna ġie stabbilit legalment metodu uffiċjali tar-rikonoxximent tal-Unjins fuq il-post tax-xogħol li jnaqqas il-burokrazija u jżid l-istabilitá.
L-avviz legali ppublikat s-Sibt jobbliga lil min iħaddem li meta jkun hemm maġġoranza tal-ħaddiema li juru appoġġ lil unjin, din tkun rikonoxxuta awtomatikament.
F’ każijiet fejn fuq il-post tax-xogħol ikun hemm numru ta’ unjins, li l-ebda waħda minnhom ma jkollha maġġoranza, l-avviz legali jiggwida b’ mod ċar xgħandu jsir ukoll.
Minkejja li l-proċess ta’ verifikazzjoni se jibqa’ l-istess, mil-lum ‘il quddiem meta issir talba għal rikonoxximent, dan il-proċess għandu jitlesta f’ tmienja u għoxrin ġurnata u ma tistax issir talba oħra ta’ verifikazzjoni fi żmien sena.
Fin-nuqqas ta’ liġi li tistipula dan, fil-passat inħoloq diżgwid minħabba l-lok t’ interpretazzjoni u nuqqas ta’ qbil dwar min jirrapreżenta lil ħaddiema fuq il-post tax-xogħol fejn mhux l-ewwel darba li kien ikollu jieqaf sakemm jinstema’ appell dwar il-proċess quddiem it-Tribunal Industriajli u anke ġieli l-Qrati biex tingħata rimedju legali dwar il-proċess ta’ rikonnoxximent.
Għaldaqstant il-Ministru Helena Dalli, ddeskriviet dan il-qafas legali bħala wieħed li se joffri iktar ġustizzja.