Iċ-ċkejken Noah ħalla din id-dinja wara li kienu ilu erba’ snin jissielet mal-marda kiefra tal-kanċer. Fi Frar huwa kien ħa jagħlaq 6 snin.
Huwa siefer kemm-il darba barra minn xtutna sabiex jieħu l-kura minħabba li kellu tumur f’rasu. Dan anke bl-għajnuna ta’ Puttinu Cares u l-Malta Community Chest Fund.
Noah kien jmur l-iskola primarja tal-Mosta fejn sab ħafna għajnuna sabiex jkun jista’ jimxi ‘l quddiem akkademikament minkejja li kien qiegħed jissielet din il-marda kiefra.
Fil-ħin li ġej mistennija jingħataw id-dettalji tal-funeral, imma l-familjari diġà appellaw biex dawk li se jattendu ma jilbsux l-iswed.
Fuq il-midja soċjali l-għaqda Puttinu Cares esprimiet is-sogħba tagħha għal din it-telfa. Il-messaġġ ta’ Puttinu Cares kien: “Tir mal-anġli sbieħ bħalek. Inħobbuk u nżommuk dejjem f’qalbna. Ħu ħsieb lill-ġenituri tiegħek u l-oħtok mill-ġenna.”
Aqra wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/01/15/ghada-se-jsir-il-funeral-tac-ckejken-noah/