X’tagħmel kieku f’Malta tidħol liġi li ma tħallikx tpejjep fuq il-bajjiet?
Din hija battalja kontinwa bejn dawk li jpejpu fl-Italja u l-leġiżlaturi. Dan wara li kien hemm sforzi mmirati speċifikament biex jikkastigaw lil dawk li jpejpu fuq il-bajjiet Taljani.
Minbarra l-pieni ħorox li diġà jeżistu għal dawk li jarmu l-fdalijiet tas-sigaretti fuq ir-ramel, b’multi li saħansitra jilħqu t-€300, qed jintqal li t-tipjiep se jiġi pprojbit totalment fuq il-kosta Taljana.
Din il-miżura ġejja minn sforzi li qed tagħmel l-assoċjazzjoni tal-ambjent u l-konsumaturi fl-Italja li huma bbażati fuq il-liġi preżenti, iżda din sa issa tirrigwardja biss każijiet meta l-persuna li tkun qed tpejjep tkun viċin mara tqila jew tfal kif ukoll għal dawk li jkunu fejn sptarijiet jew l-Università.
Dan iffisser li fir-realtà, t-talba tal-assoċjazzjoni tal-konsumaturi u l-ambjent daħlet wara diversi projbizzjonijiet diġà mplimentati.
Huwa mistenni li din il-liġi ma tidħolx fis-seħħ tul dan is-sajf iżda l-argumenti bejn min ipejjep u din l-assoċjazzjoni diġa bdew.