Preskrizzjonijiet tat-tobba għall-mediċini issa se jibdew ikunu online u daqshekk bil-miktub. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li issa pazjenti se jipprezentaw karti tal-identità, u permezz tal-E-ID, it-tabib se jkun jaf x’tip ta’ mediċini qed jieħu pazjent u b’hekk jkun hemm monitoraġġ aħjar tal-mediċini li jingħataw.
Hemm ċentri tas-saħħa li diġa bdew jużaw din is-sistema, iżda llum tnediet b’mod uffiċjali. Fil-jiem li ġejjin se jiżdiedu ċ-ċentri tas-saħħa li jaħdmu b’dan il-mod, u ‘l quddiem se tibda titħadden mis-settur privat.