Il-Gvern Ġermaniż flimkien mal-mexxejja reġjonali qablu dwar pjan biex jitneħħew gradwalment il-power stations li jaħdmu bil-faħam sal-2038. Iżda. il-power stations, li bħalissa qed jaħdmu b’tip ta’ faħam l-aktar li jniġġes, jistgħu jingħalqu 3 snin qabel id-data maqbula, jiddependi skont il-progress li sar. Il-ħruq tal-faħam huwa wieħed mill-fatturi ewlenin għat-tibdil fil-klima.
Se jingħata kumpens ta’ €40 biljun lill-erba’ kumpaniji li fil-preżent qed joperaw bil-faħam sabiex jinvestu fi proġetti infrastrutturali ġodda li permezz t’hekk jinħoloq aktar xogħol. Il-Ġermanja tħaddem aktar minn kwart ta’ miljun persuna fis-setturi tal-enerġija rinnovabbli.