Uffiċjali fil-kapitali Ċiniża Beijing qalu lir-residenti li fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena (li fil-kalendarju Ċiniż isiru bħalissa) ma jistgħux jqabbdu logħob tan-nar. Dan minħabba l-ammont qawwi ta’ smog li hemm – duħħan li jinħoloq fejn ikun hemm it-tniġġiż.
Il-provinċja sħiħa ta’ Henan diġà kienet daħħlet din it-twissija fis-seħħ. L-awtoritajiet Ċiniżi jinsabu taħt pressjoni biex iwaqqfu l-livell għoli ħafna ta’ tniġġiż fil-kapitali u partijiet oħra taċ-Ċina, iżda se tkun diffiċli, għax il-logħob tan-nar huma parti importanti mit-tradizzjonijiet Ċiniżi.