Il-bookmakers waqqfu l-imħatri fuq min se jkun il-James Bond il-ġdid. Dan wara li fl-aħħar jiem tpoġġew ħafna flus fuq l-attur Tom Hiddleston. L-ispekulazzjoni li l-James Bond li jmiss se jkun l-attur Ingliż ta’ 35 sena ilha għaddeja.
Iżda, din żdiedet wara li deher jiltaqa’ Barbara Broccoli, producer u d-direttur San Mendes. Sa issa għadu ma tħabbar xejn uffiċċjalment. Anqas mhu kkonfermat li Daniel Craig ser jirtira minn din il-parti. Iżda, skont rapport f’midja interenazzjonali ntqal li ħafna jemmnu li se jkun Hiddleston id-007 li jmiss.