Fl-Ingilterra twieled kunċett ġdid: l-ewwel klassijiet tal-fitness fejn bniedem joqod kompletament għarwien – ħlief għall-papoċċ u forsi sports bra, jekk wieħed iħoss li huma neċessarji.
Hija Helen Smith ta’ 35 sena li ħarġet bl-idea ta’ klassijiet ta’ siegħa, fejn min jattendi jrid ikollu bejn 33 u 70 sena. Jagħmlu minn kollox: jumping-jacks, sit-ups, push-ups u dak li jissejjaħ partner work.
Għal min jitħajjar, biex tattendi trid tmur Southampton. Smith kienet konsulenta fejn jidħol l-ingaġġ tan-nies, iżda hija wkoll membru f’għaqda li tissejaħ British Naturism. Temmen li meta toqod bla ħwejjeġ, tista’ verament turi l-eżerċizzju li qed tagħmel lil min ikun qed isegwi. Vantaġġ ieħor hu li ma jkollokx ħwejjeġ kollha għaraq x’taħseb wara.
![New idea: Former recruitment consultant Helen Smith, 35, led the first circuits-style workout class for ten participants on Saturday evening in Southampton](http://i.dailymail.co.uk/i/pix/2017/01/23/07/3C63233C00000578-0-image-a-3_1485156240653.jpg)