“Minflok jitkellmu dwar il-ġustizzja, jaraw opportunità partiġjana u saħansitra jaqbżu għad-dewmien fl-inkjesta maġisterjali”.
Dan qalu fi stqarrija l-Partit Laburista, filwaqt li nnota li daqshekk huma ipokriti Bernard Grech u l-Partit Nazzjonalista.
Dan fid-dawl li l-Partit Nazzjonalista ippreżenta ilment lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, wara li l-Prim Ministru u l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard talbu li l-inkjesta maġisterjali dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia titlesta malajr kemm jista’ jkun, sabiex issir ġustizzja.
Partit Laburista
L-ilment tal-Partit Nazzjonalista mhux se jxekkel lill-Prim Ministru, il-Ministru għall-Ġustizzja u l-gvern kollu milli jkomplu jinsistu favur ġustizzja sħiħa fil-każ ta’ Jean Paul Sofia.
Aqra aktar: