Minn issa ‘l quddiem, in-numru tas-sigurtà soċjali mhux se jibqa’ jintuża għaċ-ċittadini Maltin.
Issa n-numru tal-identità huwa biżżejjed, u n-numru tas-sigurtà soċjali se jitlef l-użu tiegħu. Għaldaqstant kull sena madwar 4,000 żagħżugħ u żagħżugħa li jagħlqu s-16-il sena se jiffrankaw milli joqogħdu japplikaw għal dan in-numru.
Fil-kaz ta’ barranin, dan il-proċess se jibqa’ jsir minhabba raġunijiet prattici.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Familja u s-Sigurtà Soċjali Michael Farrugia, meta spjega passi li qiegħdin jittieħdu favur is-simplifikazzjoni u s-sigurtà soċjali f’pajjiżna.