Leandro Balzan ta’ 58 sena kien ikkundant tmien xhur sospiżi għal 15-il xahar ħabs wara li weġġa’ serjament lill-kollega tax-xogħol tiegħu waqt argument. Dan f’każ li jmur lura għal Lulju tal-2013, meta qam argument bejn iż-żewġ irġiel, b’Balzan jagħti daqqa ta’ ponn lil Vincenco Micallef li spiċċa waqa’ u ħabat rasu mal-art.
Il-vittma spicca jiġġieled għal ħajtu l-isptar kawża tal-ġrieħi li sofra. Il-Maġistrat għamlitha ċara li l-akkużat kellu l-intenzjoni li jwegga’ lil siehbu, u ta’ dan ghandu jwieġeb għal azzjonietu. Filwaqt li nnutat li l-akkużat m’għamilx dan biex jiddefendi lilu nnifsu u li ma kienx provokat, il-Qorti ordnatlu biex iħallas €2,080 fi spejjeż lill-Qorti.